![]() |
|
PREMJU GIEH IX-XEWKIJA 2009 |
|
|
|
Maria Vella f’isem il-Museum tal-Bniet innominat lil Frans Galea għall-Premju Ġieħ ix-Xewkija. In-nominazzjoni tgħid hekk:- Frans Galea kien il-pijunier li beda r-Radju Prekursur. Kulħadd kien mixtieq li jkollna r-radju tal-parroċċa. Ir-Radju apprezzat minn kulħadd l-aktar l-anzjani li ma jistgħux joħorġu mid-dar, tara entużjażmu kif tkellimhom u jgħidulek, smajna l-priedka tat-tifel fil-Milied il-paneġirku ta’ San Ġwann etċ. Kulma jsir fix-Xewkija jisimgħu kulħadd. Frans jgħin ħafna lill-għaqdiet speċjalment lilna tal-Museum tal-Bniet, malli jkollna bżonn ta’ recording ta’ xi play araħ bil-paċenzja kollha jaqdina mill-qalb. Aħna nħossuna obbligati ħafna lejh. Jixraqlu ħafna dan l-unur. Nominazjoni oħra għal Frans Galea saret minn George Zammit f’isem il-Kumitat Lokali tal-Partit Laburista. Din hija n-nominazzjoni:- Frans Galea ta’ sehem f’kull qasam, Banda, Futboll, Ċentru etċ. Iħobb ix-Xewkija u jistinka għaliha. L-ikbar kontribut li qed jagħti huwa bir-radju. Jgħaddi siegħat twal kuljum. Ġieli x-xogħol jaqa’ fuqu. Joħroġ flus minn butu għall-apparatt, kollox biex jagħti servizz lill-pubbliku Xewki speċjalment morda u anzjani bil-programmi tiegħu. Dan jagħmlu sajf u xitwa kollox volontarju. Jagħti sehmu wkoll fil-festa tal-patrun tagħna San Ġwann Battista kif ukoll fid-Duluri. Żgur li Frans jixraqlu dan l-unur.
|
| Min hu frans galea? |
|
Frans twieled ix-Xewkija fis-26 ta Ottubru 1956. Hu il-kbir fost hames ahwa. Ircieva is-sagramenti tal-maghmudija, precett u grizma tal-Isqof kollha f’rahal twelidu u bhal bosta tfal ohra trawwem fil-muzew fejn dam jattendi ghal bosta snin. Beda l-edukazzjoni tieghu fl-iskola primarja tax-Xewkija u wara kompla is-sekondarja fil-Liceo tar-Rabat fejn dam sal-Form 5.
L-ewwel xoghol tieghu kien ma’ tad-Dirghajn il-Maltin u fl-1979 beda jahdem l-isptar fis-sessjoni tal-maintenance. Illum il-gurnata jokkupa il-kariga ta’ senior tradesman fil-boiler ta’ l-istess sptar. Minkejja li kien tifel kwiet hafna, kien kapaci jithallat mat-tfal ohra biex flimkien iqattghu siegha jigru wara ballun. Din il-haga hegget fih l-imhabba ghall-futbol u ghadu sallum il-gurnata imur il-ground biex jara l-loghob specjalment jekk jkun hemm it-Tigers involuti. Fil-passat kien anke’ kowc ta’ xi timijiet tax-Xewkija Tigers. Ghal bosta snin kien bandist mall-Banda Prekursur.
Izda fuq kollox Radju Prekursur sar parti integrali minn hajtu. Kien fl-1998 li ha t-tmexxija tar-radju f’idejh wara li dan l-istazzjon kien ilu diga xi xhur li beda ixandar. L-ewwel bicca xoghol li ghamel Frans kien li isib post biex iservi ta’ studio u bil-ghajnuna finanzjarja tal-poplu xewki irnexxilu jattrezzah bl-apparat kollu mehtieg. Wara applika ghall-licenzja biex ikun jista’ ixandar kontinwament, is-sena kollha.
Minn hawn il-quddiem bdiet hidma kontinwa u grazzi ghax-xoghol kollettiv ta’ persuni volontieri, Radju Prekursur baqa’ ghal dawn l-ahhar tnax il-sena iwassal sensiela ta’ programmi diversi li jolqtu il-gosti tas-semmiegha madwar Ghawdex kollu. Barra minn hekk, illum il-gurnata dan l-istazzjon jista’ jintlahaq anke’ il-boghod minn xtutna permezz ta’ l-internet. Il-qofol ta’ Radju Prekursur jasal fiz-zmien il-festa tal-patrun taghna San Gwann Battista. Kull attivita kemm interna u kemm esterna tigi imxandra diretta biex dawk kollha li ma jkunux jistghu jattendu, igawdu l-festa xorta wahda mill-kumdita ta’ djarhom. F’dan iz-zmien isir anke’ kollegament dirett mal-Awstralja waqt li ikunu jiccelebraw il-festa hemmhekk.
L-ikbar holma ta’ Frans twettqet f’gheluq l-ghaxar anniversarju ta’ Radju Prekursur. Ghal din l-okkazzjoni ittellghet il-musical ‘Grajjietna’. Kienet bicca xoghol iebsa ferm imma li giet apprezzata u mfahhra minn kulhadd. Frans ma kienx kuntent bir-radju biss u fil-fatt waqqaf ukoll website (www.xewkija.net) u ftit wara website ohra (www.xewkijaparish.org) Permezz ta’ dawn il-websites wiehed ikun aggornat kontinwament b’dak kollu li ikun qed jigri fir-rahal taghna kemm bil-kitba, ritratti u anke’ video clips. F’gheluq l-ewwel anniversarju tal-website www.xewkija.net ittellghet serata kommemorattiva f’gieh il-mejjet xewki Anton Haber li dejjem ta l-kontribut tieghu lill-parocca bil-kitba ta’ poeziji.
B’din il-hidma kollha, Frans ftit li xejn jibqalu hin ghalih innifsu imma ix-xoghol jaghmlu minn qalbu ghax jaf li b’din il-hidma jkun qieghed iservi ta’ kumpanija ghal hafna minn nies specjalment morda jew ohrajn li jghixu wehedhom.
Kull minn jaf lil Frans jafu bhala bniedem kemxejn misthi izda permezz tar-radju irnexxilu isib mezz kif ikun utli minghajr ma jidher wiccu. Hu persuna ta ftit kliem u helu helu ghandu il-hila li jwassal messagg jew anke twiddiba bla ma jaghmel hafna storbju jew iparla zejjed. Kumment li darba qaltlu ommu kien li f’gurnata wahda fuq ir-radju jghid izjed kliem milli qal f’ghomru kollu god-dar. B’daqshekk ma iffissirx li jittraskura lill-familja jew hbieb. Anzi minkejja li jkun okkupat hafna mhux kapaci jgihd le lil min ikollu bzonnu ghal haga jew ghal ohra. l-ikbar don li ghandu Frans hu dak tal-pacenzja. J’Alla jibqa’ igawdi dan id-don ghal ghomru kollu ghax mieghu igawdu bosta u bosta. |
|
Website Designed by GOZO VISION STUDIO Filming & Photographer (www.GozoVision.com) © Copyright 2006 www.xewkija.gov.mt |