![]() |
|
PREMJU GIEH IX-XEWKIJA 2008 |
|
Is-Sindku l-Av. Monica Vella nnominat lil Bennie Mercieca għall-Premju Ġieħ ix-Xewkija 2008. Din hija n-nominazzjoni:-
Bennie ħadem ħafna fil-qasam tal-Mużew tas-Subien għall-ġid tat-tfal kollha tax-Xewkija u għall-ġid tar-raħal kollu.
Huwa ilu membru tal-Mużew snin twal mill-anqas 45 sena u għal dawn l-aħħar 35 sena kien Superjur tal-Mużew.
Huwa kien strumentali sabiex jinbena l-Mużew fix-Xewkija u għadu jaħdem sal-lum sabiex it-tfal tagħna jkollhom post li jixraqilhom.
Huwa kien strumentali sabiex titranġa l-Kappella tal-Mużew u tiġi armata b’kollox kif inhi illum.
Bennie ma jaħdimx biss fil-qasam tal-Mużew iżda jaħdem ukoll fil-Knisja Parrokjali. Huwa ilu snin janima l-quddies ta’ kuljum, b’hekk il-quddiesa tkun aktar interessanti għal kulħadd speċjalment għaż-żgħazagħ li għandhom bżonn trattament u attenzjoni speċjali.
Bennie għamel isem ukoll għax-Xewkija fil-qasam edukattiv. Huwa għalliem prim tal-lingwa Taljana. Għal diversi snin għallem it-Taljan fl-iskola Sekondarja u Junior Lyceum tas-Subien. Huwa kien jagħti wkoll il-privat tat-Taljan u ħafna drabi mingħajr ħlas.
Ħafna rġiel u nisa tal-lum għaddew minn taħt idejn Bennie. Bennie jħares lejn it-tfal u ż-żgħażagħ b’mod sħiħ. Dejjem lest li jgħin u jisma’ lil dak li jkun. Min jaf kemm għen lit-tfal u żgħażagħ fil-problemi tagħhom ta’ kuljum, kif ukoll lill-familji. Dan jixhduh diversi Xewkin li jagħtu sehemhom volontarjament kull meta tinqala’ xi ħaġa jew xi bżonn fil-mużew. Bennie għalhekk huwa strumentali wkoll fil-formazzjoni ta’ ħafna tfal u żgħaħagħ li jattendu l-Mużew.
|
|
Min hu BENNIE MERCIECA? |
|
Is-Sur Bennie Mercieca twieled fix-Xewkija, Ghawdex fit-28 ta’ Jannar 1947, minn Marcell u Teresina nee’ Xuereb. Hu ha l-edukazzjoni primarja tieghu fl-iskola Primarja tar-rahal taghna u kompla l-edukazzjoni sekondarja tieghu fil-Liceo tal-Belt Vittorja, meta fil-Form V hu ta l-ezamijiet tal-General Certificate of Education ta’ l-Universitajiet ta’ Oxford u Londra ta’ l-Ingilterra, fejn ghadda minn erbatax il-suggett. Hu kompla l-edukazzjoni tieghu post sekondarja, cioe’ is-Sixth Form, fl-istess Liceo. Wara li temm b’success dan il-kors, huwa kompla bl-istudju terzjarju tieghu fis-St. Michael’s College of Education, li kien affiljat ma’ l-Universita’ t’ Londra, u ggradwa bhala ghalliem. Hu gie l-ewwel fost shabu kollha tal-kors, u nghata ‘distinction’ fil-psikologija u fil-pedagogija. Huwa gie impjegat bhala ‘Master’ mid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni fil-livell Sekondarju fil-Liceo, ghas-suggetti tar-Religjon, Taljan u Franciz. Biex ikompli jispjecjalizza l-lingwi, huwa gie mibghut tliet darbiet mid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni fl-Universitajiet ta’ Perugia u Firenze fl-Italja, u dik ta’Grenoble fi Franza.
Fl-erbghin sena li dam jipprattika l-professjoni ta’ Ghalliem, is-Sur Bennie Mercieca spikka fis-sens gholi ta’ dover u responsabilita, spirtu ta’ dedikazzjoni u vokazzjoni. Hu maghruf li fih l-istudenti kienu jaraw ghalliem moghni mhux biss bi kwalitajiet akkademici u intellettwali, izda habib veru mzejjen bi kwalitajiet gholja umani u kristjani. Ghalhekk, l-istudenti kienu jsibu fih punt ta’ riferiment fil-bzonnijiet taghhom ghax kienu konvinti li jridilhom il-veru gid. Gawdew, b’mod partikulari, l-istudenti Xewkin, li ghalihom kien qisu t-tieni missier, minhabba l-attenzjoni u l-kura li kien jiehu taghhom, bl-inkoraggiment kontinwu li kien jaghmlilhom, bl-ghajnuna shiha li kien jaghtihom, u s-sens ta’ fiducja li kien inissel fihom bil-karattru cajtier tieghu. Mhux ta’ b’xejn li huma bosta dawk li jsemmu s-sehem determinanti li kellu s-Sur Mercieca fis-success taghhom fl-iskola, fl-akkwist tax-xoghol futur taghhom u fil-formazzjoni tal-karattru. U hafna huma dawk li ghadhom sal-lum jirrikorru ghand is-Sur Mercieca ghal pariri u counselling, dejjem bla hlas.
Hu maghruf, ukoll, li kemm dam ghalliem, is-Sur Mercieca kien l-ezempju, l-ispirazzjoni u l-mudell ghal shabu l-ghalliema, u ghalhekk kienu jaghzluh bhala l-portavuci tal-bzonnijiet u l-problemi taghhom. Konferma ta’ dan hu d-diskors li ghamel l-Assistant Direttur ta’ l-Edukazzjoni fil-‘farewell party’ tas-Sur Mercieca. Dan l-ufficcjal stqarr hekk: “Il-vojt li ser ihalli s-Sur Bennie Mercieca mhux la kemm jimtela. Id-Dipartiment ma jiflahx jitlef nies tal-kalibru tieghu.” Ta’ min isemmi, wkoll, li fl-ahhar hames snin tal-professjoni tieghu, minhabba l-kwalitajiet gholja tieghu ta’ edukatur, huwa gie mahtur bhal ‘Master of Discipline” tal-Kumpless tal-Liceo Ninu Cremona, kariga li huwa okkupa b’dedikazzjoni kbira, u ferm apprezzata kemm mill-Awtoritajiet edukattivi kif ukoll, mill-istudenti, mill-ghalliema, u mill-genituri. Huwa jaqdi, wkoll, l-inkarigu ta’ Assistent fil-Qorti tal-Minorenni gewwa l-Gzira t’Ghawdex.
Barra mill-hidma tieghu bhala Ghalliem-Edukatur fid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni, is-Sur Bennie Mercieca hu maghruf sew ghall-hidma bla waqfien fil-vokazzjoni u l-missjoni tieghu bhala membru fis-Socjeta’ tad-Duttrina Nisranija – MUSEUM- kemm fix-Xewkija, kif ukoll fiz-zewg gzejjer. Fix-Xewkija, Is-Sur Mercieca ilu jahdem ghal 45 sena shah, u l-ahhar 35 sena bhala Supejur tal-Museum tas-Subien. Il-familji Xewkin huma xhieda tad-dedikazzjoni shiha, tas-sens ta’ servizz u sagrificcju tas-Superjur Bennie Mercieca b’rizq il-formazzjoni nisranija ta’ wliedhom. Mhux ta’ b’xejn li huwa jgawdi rispett kbir u fiducja , mhux biss mill-familji Xewkin, li hafna missirijiet prezenti gawdew minnu, izda wkoll, mit-tfal, studenti u zghazagh. Hu bl-entuzjazzmu tieghu li l-Museum tas-Subien fix-Xewkija ghandu Centru kbir u modern, mghammar bil-bzonnijiet kollha ghall-edukazzjoni u formazzjoni ta’ wlied ix-Xewkin, fosthom hdax il-klassi, librerija, video room, games room, tliet workshops, ground u fuq kollox, kappella unika, li hija gojjel tal-binja kollha. S’intendi, centru kbir bhal dan sewa eluf kbar ta’ liri u hu sigriet maghruf li s-Superjur Bennie Mercieca hareg hafna minn butu. Il-poplu Xewki, imqanqal mill-ezempju tieghu, dejjem wera generosita’ kbira lejn il-Museum tas-Subien. Bizzejjed wiehed isemmi li meta sentejn ilu gara l-incidenti tal-hruq tat-tielet sular, li sewa madwar tmient elef liri maltin; f’temp ta’ ftit xhur, l-ispejjes ingabru kollha. Dan kien xhieda ohra kemm il-Museum tas-Subien hu f’qalb il-poplu Xewki, bhalma hija l-Knisja Rotunda, ghax fis-Superjur Bennie u fi shabu s-Socji, huma jaraw dedikazzjoni u sens kbir ta’ sagrificcju. Hu ta’ min isemmi li dawk kollha li jattendu l-Museum tas-Subien qatt ma jhallsu xejn, minkejja li jsirulhom diversi attivitajiet religjuzi, kulturali, socjali, edukattivi u rikrejattivi, fosthom tliet premjazzjonijiet generali u l-attivitajiet tas-sajf, barra l-ispejjes tal-manutenzjoni tal-post.
Is-Sur Bennie Mercieca ghamel unur lir-rahal taghna, ukoll, fid-diversi hidmiet li huwa wettaq fir-rahal taghna u fil-Gzira taghna. Fuq bazi parrokkjali, ghal dawn l-ahhar erbghin sena, is-Sur Mercieca kien dejjem l-animatur u l-kummentatur ewlieni tac-celebrazzjoni li jsiru kemm fil-Knisja kif ukoll barra minnha, fosthom ic-cerimonji tat-tberik tas-slaleb taz-zewg koppli, il-Konsagrazzjoni tal-Knisja, il-Wasla tal-Qniepen il-godda, iz-Zjara tar-Relikwa ta’ San Gorg Preca, u l-funzjonijiet liturgici fil-Knisja Rotunda.
Fuq bazi djocesana, huwa hadem f’diversi kumitati. Ghal 35 sena, l-Isqof Nikol Cauchi kien ghazlu bhala membru attiv fil-Kummissjoni Kateketika bil-kompitu li jhejji text books tat-taghlim ghad-Duttrina fl-Ghaqdiet Kattolci, kif ukoll f’kumitati u celebrazzjonijiet djocesani. Bizzejjed wiehed isemmi l-ghazla tas-Superjur Bennie Mercieca, bhala animatur u kummentatur, biex imexxi c-celebrazzjoni solenni tal-Quddiesa fiz-zjara tal-Papa Gwanni Pawlu ll f’Ta’ Pinu fl-1990.
Mal-hatra tieghu bhala l-Isqof il-gdid ta’ Ghawdex, l-Isqof Mario Grech hatar lis-Sur Bennie Mercieca bhala Direttur tal-Media Centre f’Ghawdex u amministratur tar-rivista djocesana “Il-Hajja f’Ghawdex”.
Is-sena l-ohra, l-Isqof Mario Grech ghogbu jahtru bhala delegat personali tieghu fil-Kumitat Organizzattiv f’Malta ghac-Celebrazzjonijiet tal-Kanonizzazzjoni ta’ San Gorg Preca, kif ukoll Segretarju tal-Kumitati Organizzattiv fid-Djocesi Ghawdxija. Gie mitlub, ukoll, biex johrog suppliment fir-rivista djocesana “Il-Hajja f’Ghawdex” dwar l-ewwel centinarju tas-Socjeta’ tal-Museum, kif ukoll, suppliment dwar is-sehem ta’ l-Ghawdxin fil-Kanonizzazzjoni ta’ San Gorg Preca, kemm f’Malta kif ukoll f’Ruma.
Fl-ahharnett, barra din il-firxa wiesa ta’ hidma, is-Sur Bennie Mercieca jaghmel hafna xoghol ta’ volontarjat, li tieghu qatt ma jiehu l-ebda hlas, fil-familji tar-rahal taghna, u anke barra minnu. Fil-fatt, hu maghruf li s-Sur Bennie Mercieca hu bniedem ta’ fiducja ta’ bosta familji u individwi Xewkin, u ohrajn, medjatur meqjus f’diversi kwestjonijiet, u counsellor ta’ esperjenza.
Il-motto li ispira u sostna lis-Sur Bennie Mercieca f’din il-hidma vasta tieghu huwa: Ghall-akbar glorja ta’ Alla u ghas-servizz genwin ta’ hutu l-bnedmin.
|
|
Website Designed by Philip Cassar DVD-Video & Photographer (www.pcassar.com) © Copyright 2006 www.xewkija.gov.mt |